top of page
61  Il-Banda fi Żmien Mro. Ricci.JPG

IL-BANDA PRINCE OF WALES OWN

Surmastrijiet li għamlulna ġieħ

10626322_10152303398853603_7670875308215196218_o.jpg__nc_cat=101&ccb=1-7&_nc_sid=cdbe9c&_n

Lorenzo Grima

1891-1892

Ġużeppi Poretlli

1892-1893

Ġużeppi Portelli twieled l-Isla fl-1932. 

10626322_10152303398853603_7670875308215196218_o.jpg__nc_cat=101&ccb=1-7&_nc_sid=cdbe9c&_n
10626322_10152303398853603_7670875308215196218_o.jpg__nc_cat=101&ccb=1-7&_nc_sid=cdbe9c&_n

Ġużeppi Micallef

1893-1895

1895-1897

Chev. Mro. Alfred P. Hare twieled il-Belt Valletta fl-1865. Huwa attenda l-iskola fis-Seminarju tal-Imdina u beda l-istudji mużikali tiegħu minn 16-il sena. Kien evidenti mill-bidu li Mro. Hare kien student brillanti, peress li h kien rebaħ borża ta ’studju u kompla l-istudji tiegħu. fil-Conservatorio Musical San Pietro a Majella f’ Napli. Fl-1885, Mro Hare mar l-Indja fejn inħatar Maestro ta' numru ta' baned lokali, speċjalment baned militari. Fl-Indja, kien popolari għal kunċert magħmul ma ’band magħmula minn 200 element. Mro. Hare rritorna Malta fl-1903 u nħatar direttur mużikali ta' baned lokali fosthom il-Prince of Wales Own tal-Birgu.

Alfred_P._Hare.jpg
1510469_10152302534813603_2112440263270471534_n.jpg

1897-1904

Taħt id-direzzjoni ta’ Mro. Raffaele Ricci, il-Banda Vittoriosana kienet għaddejja mill-aħjar żminijiet tagħha, ġiet mistiedna biex waqt il-wasla tar-Re u tal-persunaġġi distinti mistiedna u  tul iċ-ċerimonja tat-tqegħid tesegwixxi programm mużikali. Din il-parteċipazzjoni tal-Banda ġiet irrapurtata bi prominenza fil-ġurnali ta’ dawk il-ġranet. Meta d-Duka ta' York żar Malta, il-Banda li sa dak iż-żmien kienet għadha ġġib ismu ġiet mistiedna biex tilqgħu. Prominenti fir-repertorju mħejji mis-surmast Ricci, li ftit qabel kien inħatar surmast direttur minflok Micallef, kienet il-kompożizzjoni ġdida tiegħu li ħejja għall-okkażjoni – Souvenir of Malta. Kopja tagħha kienet ingħatat lid-Duka bħala tifkira ta’ din iż-żjara fi gżiritna. 

Fi żmienu l-banda bdiet tiġi mistiedna f’diversi festi, fosthom il-Furjana, Ħal Kirkop, il-Kalkara, Ħal Għaxaq,  l-Imsida u l-Isla.  Ma’ dawn kienet il-banda mistiedna  f’diversi okkażjonijiet fil-Belt Valletta u fil-Birgu, inklużi l-festa ta’ San Duminku flimkien ma’ dik ta’ San Lawrenz.  Fost dawn l-impenji kollha, tispikka l-parteċipazzjoni speċjali tal-banda meta r-Re Dwardu VII qiegħed l-ewwel ġebla tal-Breakwater.

Id-direzzjoni ta’ Mro. Ricci  ntemmet ħesrem bil-mewt tiegħu fil-15 ta’ Settembru 1904. Kellu wieħed mill-aqwa funerali ta’ dak iż-żmien bil–parteċipazzjoni taż-żewġ baned Vittoriosani flimkien mal-banda Duke of Connought ta’ Birkirkara, li kienet diretta minnu wkoll. Il-Banda Duke of Ednburgh, li tagħha kien inħatar direttur onorarju, immarċjat b’marċi funebri fuq quddiem tal-korteo u d-Duke of Connought u l-Prince of Wales Own wara t-tebut.

1904-1905

Mro. Luigi Vella twieled fl-10 ta' Ottubru 1868 u mill-ewwel wera fih it-talent mużikali. Studja fil-Kulleġġ ta' Sant lnjazju mmexxi mill-Ġiżwiti f'San Ġiljan, u tgħallem il-mużika taħt missieru, li dak iż-żmien kien magħruf ma' Malta kollha u fl-aqwa tiegħu. Nistgħu ngħidu, li bħal missieru u ħutu l-oħra, Luigi Vella ta kontribut kbir fil-qasam mużikali ta' Malta. Hu serva bosta drabi bħala Maestro di Cappella tal-Kattidral, xhieda tal-fiduċja kbira li kellu missieru fih u wkoll tal-isqof Mons. Pietru Pace, li kien għażlu biex ikun sostitut ta' missieru. Xhieda oħra tal-kapaċità ta' dan il-kompożitur kbir hija l-kwantità ta' mużika mill-isbaħ tiegħu li llum, bil-koperazzjoni u l-ġenerożità tal-familja tiegħu, tinsab ikkonservata fl-arkivju tal-Mużew tal-Kattidral, l-Imdina.

Fil-bidu tal-1905, il-kumitat ħatar lil Mro. Luigi Vella, wieħed mill-aħjar kompożituri Maltin ta’ dak iż-żmien. Din l-għażla kienet intlaqgħet tajjeb, għax ħafna ma kinux sodisfatti li mużiċisti Maltin ta’ ħila kienu qed jingħataw il-ġenb. Il-ġurnal Malta Tagħna, fil-ħarġa tal-14 ta’ Jannar ta’ dik is-sena, dwar l-għażla ta’ Mro. Vella kien  ikkummenta hekk:

 

Tal-Prince of Wales ħaqqhom kull tifħir għax għażlu raġel Malti bħalna li hu kapaċi daqs min hu kapaċi.

Dan il-kumment kien mistħoqq, għax Mro. Vella kien ħareġ rebbieħ f’diversi konkorsi mużikali. Kompożizzjonijiet tiegħu, għal-livell għoli tagħhom, sabu posthom fl-Arcivio Consevatorio S. Pietro a Maiella ta’ Napli u oħrajn sagri ġew inseriti fl-Arkivju tal-Vatikan. Dan wassal biex, ftit wara, inħatar Maestro di Cappella tal-Katidral tagħna. Fl-1905 ikkompona "Interludio" għall-Banda 'Prince of Wales' tal-Birgu.

Il-mod ġdid ta’ direzzjoni tiegħu ntlaqa’ tajjeb mid-dilettanti. Fl-ewwel programm li għamlet il-banda taħt id-direzzjoni tiegħu, li għamlitu l-Belt fil-festa ta’ San Pawl, fi Pjazza San Ġorġ, il-planċier kien imdawwar minn folla mdaqqsa. L-istess għamlu fit-tieni wieħed fil-Birgu, fi Pjazza Vittoriosa, ħamest’ ijiem wara. Programmi li ntgħoġbu tant li ġurnal minnhom kien irraporta:

Taħt Vella l-Banda saret  minn ta’ quddiem fost il-Baned Maltin

Mro Vella għamel ftit xhur biss bħala surmast, għax fi Frar 1906.

F_eghluq_l_40_sena_mill_mewt_ta_Mro_Luigi_Vella_kompozitur_direttur_kbir_li_ghex_u_miet_f_
Paċifico_Scicluna.jpg

1905-1914

Immedjatament wara r-riżenja ta’ Vella, kien inħatar temporanjament is-Surmast Paċifiku Scicluna, bl-ewwel programm dirett minnu jkun f’Bormla fil-festa tas-Salib.  Id-direzzjoni tiegħu ntgħoġbot, għax f’Awwissu tal-istess sena, ġie konfermat direttur effettiv. Fost il-kompożizzjonijiet li għamel kemm dam direttur ta’ din il-Bnada hemm l-Inno a San Domenico, li baqa’ magħruf bħala l-Innu l-Kbir.

1914-1922

F'Diċembru tal-1913 kien inħatar is-Surmast Sqalli Giuseppe Monterosso, bl-ewwel programm taħt id-direzzjoni tiegħu jkun fi Pjazza San Ġorġ il-Belt Valletta, nhar l-Għid il-Kbir. Fl-1922 Monterosso ddeċieda li jmur lura Sqallija biex ħa d-direzzjoni tal-Banda ta’ Aci Catena.

118875083_10222300450253722_701052336269216036_n.jpg__nc_cat=103&ccb=1-7&_nc_sid=730e14&_n
Aurelio_Doncich_1913_edited.jpg

1922-1924

Fl-1922 bħala surmast intagħżel  Mro. Aurelio Doncich, tal-King’s Own.

1924-1932

Is-Surmast Giovanni Gatt kien ġie approvat f’Seduta Straordinarja li nżammet fl-20 ta’ Diċembru 1924.  Mro. Gatt idderieġa għall-ewwel darba lil Prince of Wales Own, f’kunċert li  għamlet fil-Garrison School f’Bormla fil-festa tal-Irxoxt, nhar is-16 ta’ April 1925. Dan il-kunċert mill-isbaħ sar magħruf mid-dilettanti tal-baned u wara talba ġenerali l-Banda reġgħet għamlitu fi Piazza Tesoreria, il-Belt, fejn Mro. Gatt kien ingħata eloġju sħiħ għall-mod ta’ direzzjoni.

giovanni gat.jpg
10626322_10152303398853603_7670875308215196218_o.jpg__nc_cat=101&ccb=1-7&_nc_sid=cdbe9c&_n

1932-1938

1975-1980

Is-Surmast Manweli Costantino mhux biss issokta bit-tagħlim tal-allievi bħas-soltu li mingħajr ħlas wara r-riżenja ta' Gatt, iżda fl-1931 ħa wkoll id-direzzjoni tal-banda, bħala aġent direttur, fejn baqa’ hekk sal-25 ta’ Settembru 1938. Costantino serva bħala viċi-surmast fiż-żminijiet diffiċli ta' wara l-gwerra u flimkien mas-surmast Vincenzo Ciappara ġabu l-banda fuq riġlejha. Wara r-riżenja ta' Ciappara minħabba raġunijiet ta' saħħa, Manweli Costantino reġa' ħa t-tmun tal-banda sal-1980

1938-1975

Minfloku kien intgħażel is-Surmast Vinċenzo Ciappara, bl-ewwel impenn tiegħu jagħmlu b’kunċert tal-banda fil-każin fis-7  ta’ Ottubru 1938. Dan is-surmast, magħruf bħala r-Re tal-marċi Maltin, skont P.P. Ciantar, il- Banda Prince of Wales Own għandha d-distinzjoni jew privileġġ li l-ewwel marċ kompost minnu kien għamlu għaliha u kienet hi li daqqitu l-ewwel darba.

Mal-ħatra ta’ kumitat ġdid tas-Soċjetà għas-sena 1948, wara l-qirda tal-gwerra, tqanqlet ix-xewqa li tiġi ffurmata wkoll il-Banda. Bdew bit-tiswija ta’ wħud mill-istrumenti u nxtraw oħrajn ġodda. Kompla fil-kariga ta’ Surmast Direttur Vinċenzo Ciappara u Manweli Costantino aċċetta l-kariga ta’ Assistent Surmast u Għalliem tal-Allievi. Xogħlu bdieh immedjatament bl-ewwel tliet żgħażagħ allievi.

F’Mejju tal-1949, saret proposta biex jibdew il-kunċerti tal-Banda li ġiet iffurmata fi ftit ġimgħat. Mro. Ciappara u Mro. Costantino ġabuha soda biżżejjed biex tipparteċipa fil-festa ta’ San Duminku ċċelebrata dik is-sena stess.

Vincenzociappara.jpg
WhatsApp Image 2023-02-22 at 09.01.36.jpeg

1980-1989

Is-surmast Pace inħatar surmas tal-Prince of Wales fl-1980. F’Marzu, 1984 Dr. Alex Sciberras Trigona li kien Ministru tal-Kultura, uffiċċjalment kien ħatru Surmast Direttur tal-Banda Nażżjonali fejn dam imexxija sa sena 1992. Mro. Pace kien mistieden bħala ‘Guest Conductor’ ma’ diversi baned Maltin kif wkoll anki barranin, 

1989-2020

Fl-1989 l-Għaqda ħatret lill-Assistent Surmast Emanuel Spagnol bħala Surmast Direttur. Is-surmast Emanuel Spagnol ġej minn familja mużikali u huwa direttur, kompożitur u għalliem tal-mużika. Studja taħt diversi professuri barranin, gradwat mill-Universita’ ta’ Londra bid-diplomi FLCM u LLCM (Hons.). Idderieġa diversi drabi l-Orkestra Filarmonika Nazzjonali, kif ukoll fl-Istati Uniti, il-Kanada u l-Isvizzera. Fis-2019 huwa ċċelebra t-30 anniversarju tas-Surmast Emanuel Spagnol bħala direttur mużikali tal-Banda Prince of Wales Own tal-Birgu. Ikkompona diversi xogholijiet u arranġamenti għall-banda u orkestra. Fl-2015 ikkompona l-Innu Uffiċċjali tal-Belt Rebbieħa, il-Birgu, fuq kliem tas-Sur Gorg Peresso. Huwa mexxa l-banda sal-2020 meta rreżenja minn ħabba saħtu.

55869399_10219490224311130_6077846785080950784_n.jpg__nc_cat=104&ccb=1-7&_nc_sid=8bfeb9&_n
DSC_3093.jpg

2020-

Il-Kavallier Vincent Bonnici iben Lawrence u Rose neė Bonnici, twieled nhar it-23 ta' Novembru ta' l-1960 ġewwa l-Pieta'. Ftit xhur wara, il-familja Bonnici tegħlet Wales fejn kienet tgħix, u rritornat lura lejn pajjiżna fl-1968 fejn stabilixxiet ruħha ġewwa l-Birgu, pajjiż il-missier. Fl-1970, meta kellu għaxar snin, iċ-ċkejken Vincent beda jirċievi l-ewwel lezzjonijiet tal-mużika mingħand Mro Carmelo Vella, ġewwa l-każin tal-Banda San Ġorġ ta' Bormla, u tliet snin wara huwa sar bandist ma' l-istess banda fejn għadu f'dan l-impenn sal-ġurnata tal-lum. F'Lulju ta' l-1982 huwa ngħaqad mal-Banda tal-Forzi Armati fejn fil-preżent huwa wieħed mis-solisti ta' l-istess banda. Mal-Banda tal-Forzi Armati huwa siefer seba' darbiet, darbtejn il-Ġermanja darbtejn l-Italja, Brussels, St. Petersburg ir-Russjaġ u fil-Libja ghal jum Nazzjonali Libjan. Fl-1993, huwa attenda għal master classes fl-Università ta' Malta fejn hemm iltaqa' u għamel ħbieb mal-professur David Campbell. Mro. Vincent Bonnici huwa kompożitur ta' numru sabiħ ta' marċi brijuzi, funebri, u arranġamenti mużikali. Huwa nħatar surmast direttur tal-Banda mill-Kumitat tal-Prince of Wales fl-2020, wara xi żmien li għamel iservi bħala assistent surmast.

bottom of page